201806290071986412018/C 249/112452018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL201804098811

Kawża C-245/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Udine (l-Italja) fid-9 ta’ April 2018 – Fallimento Tecnoservice Int. Srl vs Poste Italiane SpA


C2492018MT810120180409MT00118181

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Udine (l-Italja) fid-9 ta’ April 2018 – Fallimento Tecnoservice Int. Srl vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-245/18)

2018/C 249/11Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Udine

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fallimento Tecnoservice Int. Srl

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Domanda preliminari

L-Artikoli 74 u 75 tad-Direttiva 2007/64/KE ( 1 ), fit-test fis-seħħ fit-3 ta’ Awwissu 2015, dwar l-obbligi u l-limiti tar-responsabilità tal-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas, kif trasposti fid-dritt Taljan mill-Artikoli 24 u 25 tad-Decreto Legislativo n. 11/2010 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 11/2010) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw biss għall-fornitur tas-servizz ta’ ħlas tal-persuna li tordna t-twettiq ta’ tali servizz, jew li japplikaw wkoll għall-fornitur tas-servizz ta’ ħlas tal-benefiċjarju?


( 1 ) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5).