201806150351954872018/C 231/172352018CJC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180328141411

Kawża C-235/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH


C2312018MT1410120180328MT0017141141

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH

(Kawża C-235/18)

2018/C 231/17Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Vega International Car Transport and Logistic – Trading GmbH

Parti oħra fil-proċedura: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (attwalment id-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie)

Domanda preliminari

Il-kunċett imsemmi fl-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 1 ) jinkludi l-attivitajiet ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant kif ukoll dawk ta’ negozjar, ta’ finanzjament u ta’ ħlas għall-akkwist tal-karburant permezz ta’ dawn il-kards, jew inkella dawn l-attivitajiet kumplessi jistgħu jitqiesu bħala tranżazzjonijiet f’katina li bħala għan prinċipali għandhom il-kunsinna ta’ karburant?


( 1 ) ĠU 2006, L 347,p. 1.