23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Cobra Servicios Auxiliares S.A. vs FOGASA, Jesús Valiño López e Incatema, S.L.

(Kawża C-44/18)

(2018/C 142/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cobra Servicios Auxiliares, S.A.

Konvenuti: FOGASA, Jesús Valiño López e Incatema, S.L.

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat, li tinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bis-saħħa tal-istess ċirkustanzi fattwali (it-terminazzjoni tal-kuntratt bejn il-persuna li timpjega u impriża terza fuq rieda ta’ din tal-aħħar), tipprevedi allowance minuri minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat għat-twettiq ta’ xogħlijiet jew servizz relatat mat-tul tat-terminu tal-kuntratt, bħal dik għat-terminazzjoni tal-kuntratti indefiniti ta’ ħaddiema paragunabbli, minħabba tkeċċija kollettiva ġġustifikata għal raġunijiet produttivi tal-impriża li jirriżultaw minn tmiem l-imsemmi kuntratt?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, in-nuqqas ta’ trattament ugwali tal-allowance minħabba terminazzjoni kuntrattwali ġġustifikata għal ċirkustanzi fattwali identiċi anki jekk abbażi ta’ raġunijiet ġuridiċi differenti, bejn ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat u ħaddiema b’kuntratt għal żmien indeterminat paragunabbli, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita fl-Artikolu 21 tal-Karta li tirriżulta kuntrarja għall-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni msemmija fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, li jiffurmaw parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).