17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság - l-Ungerija) – TB vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-519/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 10(2) - Dispożizzjoni fakultattiva - Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Membru tal-familja ta’ refuġjat mhux imsemmi fl-Artikolu 4 - Kunċett ta’ “persuna dipendenti”)

(2020/C 54/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TB

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Dispożittiv

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jawtorizza r-riunifikazzjoni tal-familja ta’ oħt refuġjat biss jekk din tkun, minħabba l-istat ta’ saħħitha, inkapaċi li tipprovdi għall-bżonnijiet tagħha,, sakemm:

minn naħa, l-imsemmija inkapaċità tiġi evalwata b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari li jkunu jinsabu fiha r-refuġjati u wara eżami individwali li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, u

min-naħa l-oħra, jista’ jiġi stabbilit, fid-dawl ukoll tas-sitwazzjoni partikolari li jkunu jinsabu fiha r-refuġjati u wara eżami individwali li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, li s-sostenn materjali tal-persuna kkonċernata huwa effettivament żgurat mir- refuġjat, jew li r-refuġjat jidher li huwa l-membru tal-familja l-iktar kapaċi li jiżgura s-sostenn materjali meħtieġ.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.