6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad- il-Bulgarija) – “GVC Services (Bulgaria)” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-458/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 2011/96/UE - Artikolu 2(a)(i) u (iii), il-punt (ab) tal-Parti A u t-tielet inċiż tal-Parti B tal-Anness I - Kunċetti ta’ “kumpanniji inkorporati taħt id-dritt tar-Renju Unit” u ta’ “corporation tax fir-Renju Unit” - Kumpanniji rreġistrati f’Ġibiltà u li huma suġġetti hemmhekk għat-taxxa fuq il-kumpanniji)

(2020/C 222/08)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“GVC Services (Bulgaria)” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Dispożittiv

L-Artikolu 2(a)(i) u (iii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, moqri flimkien mal-punt (ab) tal-Parti A u mat-tielet inċiż tal-Parti B tal-Anness I ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ “kumpanniji inkorporati taħt id-dritt tar-Renju Unit” u ta’ “corporation tax fir-Renju Unit”, li jinsabu f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma jipprevedux il-kumpanniji inkorporati f’Ġibiltà u li huma hemmhekk suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.