|
3.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 36/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio - l-Italja) – Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo vs Banca d’Italia
(Kawża C-414/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2014/59/UE - Unjoni bankarja - Ristrutturazzjoni u riżoluzzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment - Kontribuzzjonijiet annwali - Kalkolu - Regolament (UE) Nruo806/2014 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 - Proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment - Proċedura amministrattiva li tinvolvi awtoritajiet nazzjonali u organu tal-Unjoni - Setgħa deċiżjonali esklużiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) - Proċedura quddiem il-qrati nazzjonali - Nuqqas ta’ preżentata fil-ħin ta’ rikors għal annullament quddiem il-qorti tal-Unjoni - Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 - Esklużjoni ta’ ċerti obbligazzjonijiet mill-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet - Interkonnessjonijiet bejn diversi banek)
(2020/C 36/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo
Konvenut: Banca d’Italia
Dispożittiv
L-Artikolu 103(2) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-Artikolu 5(1)(a) u (f) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn bank tat-tieni livell u l-membri ta’ grupp kompost minnu u minn numru ta’ banek kooperattivi li lilhom jipprovdi diversi servizzi mingħajr ma jikkontrolla lil dawn tal-aħħar, u li ma jkoprux self mogħti fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jiġu promossi l-objettivi ta’ politika pubblika ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru, ma humiex esklużi mill-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lil fond nazzjonali ta’ riżoluzzjoni msemmija f’dan l-Artikolu 103(2).