5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Darmstadt — il-Ġermanja) — TopFit e.V., Daniele Biffi vs Deutscher Leichtathletikverband e.V.

(Kawża C-22/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18, 21 u 165 TFUE - Regolament ta’ assoċjazzjoni sportiva - Parteċipazzjoni f’kampjonat nazzjonali ta’ Stat Membru minn atleta dilettant ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor - Trattament differenti minħabba n-nazzjonalità - Restrizzjoni għall-moviment liberu)

(2019/C 263/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TopFit e.V., Daniele Biffi

Konvenuta: Deutscher Leichtathletikverband e.V.

Dispożittiv

L-Artikoli 18, 21 u 165 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regoli ta’ assoċjazzjoni sportiva nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħhom ċittadin tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ Stat Membru ieħor, li ilu jirrisjedi għal diversi snin fuq it-territorju tal-Istat Membru fejn hija stabbilita din l-assoċjazzjoni fejn huwa jipprattika l-ġiri bħala dilettant fil-kategorija senior, ma jistax jipparteċipa għall-kampjonati nazzjonali f’dawn id-dixxiplini bl-istess mod bħaċ-ċittadini nazzjonali jew li jista’ jipparteċipa f’dawn il-kampjonati biss “barra mill-klassifikazzjoni” jew “mingħajr klassifikazzjoni”, mingħajr ma jkollu aċċess għall-finali u mingħajr ma jkun jista’ jikseb it-titolu ta’ rebbieħ nazzjonali, sakemm dawn ir-regoli ma jkunux iġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi u proporzjonati għall-għan leġittimament imfittex, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 123, 09.04.2018