18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Previsión Sanitaria Nacional, PSN, Mutua de Seguros u Reaseguros a Prima Fija vs SRB

(Kawża T-623/17)

(2017/C 437/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Previsión Sanitaria Nacional, PSN, Mutua de Seguros u Reaseguros a Prima Fija (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. Ariño Sánchez, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla l-att ikkontestat;

tistabbilixxi, fi kwalunkwe każ, l-obbligu li jingħata kuntratt ta’ servizz għall-evalwazzjoni finali u għall-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(16) sa (19) tar-Regolament 806/2014, permezz ta’ proċedura suġġetta għall-kompetizzjoni, li fiha l-espert li vvaluta l-bank b’mod provviżorju ma setax jipparteċipa u billi tirrikonoxxi d-dritt ta’ dawk milquta mill-att oriġinali li jinstemgħu fil-proċedura ta’ evalwazzjoni a posteriori, li jkollhom dritt ta’ aċċess għall-proċedura amministrattiva kollha, u li jkollhom dritt għall-ikbar valur li jista’ jirriżulta a posteriori, li għandu jkun issodisfatt mix-xerrej tal-bank [Banco de Santander] jew, sussidjarjament, mill-SRB;

tikkundanna lill-SRB tħallas lill-PSN l-ammont ta’ EUR 276 201,42, flimkien mal-interessi legali mid-data ta’ din it-talba, irrispettivament mit-tieni talba, u bħala talba aċċessorja mal-ewwel waħda.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.