10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/43


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Steiniger vs EUIPO – ista Deutschland (IST)

(Kawża T-80/17)

(2017/C 112/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Steiniger (Nümbrecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Schulze Horn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ista Deutschland GmbH (Essen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “IST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 673 812

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 2242/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2015;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni hija miċħuda fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 20(6) tar-Regolament Nru 2868/95.