3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/59


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2017 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl)

(Kawża T-72/17)

(2017/C 104/83)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Kuchar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “Steirisches Kürbiskernöl” –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 900 100

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Diċembru 2017, fil-Każ R 1768/2015-4

Talbiet

Temenda d-deċiżjoni kkontestata, u tiddikjara rrevokata għall-Unjoni Ewropea, għall-prodotti kollha, it-trade mark bir-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 900 100;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, għaliex ma ġiex ipprovat l-użu tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 900 100, u tirrinvija l-proċedimenti quddiem l-EUIPO;

f’kull każ, tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO u f’din il-proċedura.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009.