27.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/17 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2017 – Camomilla vs EUIPO – CMT (CAMOMILLA)
(Kawża T-44/17)
(2017/C 095/27)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Camomilla Srl (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mussi u H. Chiappetta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CAMOMILLA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 077 555
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 2250/2015-5
Talbiet
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità proposta minn CMT kollha kemm hija; |
— |
sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità anki għall-prodotti “klassi 18: prodotti magħmula minn dawn il-materjali (ġilda u imitazzjoni tal-ġilda) mhux inkluż fi klassijiet oħra, barżakki ta’ fuq id-dahar, portafolli taċ-ċwievet (tal-ġilda), kartieri tad-dokumenti, portafolli tal-but, basktijiet tan-nisa li ma humiex tal-metall prezzjuż, basktijiet ta’ kuljum, kaxxetti tal-kożmetiċi li ma humiex mgħammra, boroż għall-kożmetiċi u kaxxi tal-makeup; klassi 25: ilbies, xedd is-saqajn, xedd ir-ras, ingwanti, kpiepel, tkopri l-ispallejn, xalpa biex tgħatti l-ispalel, ġagagi tal-banju”; |
— |
b’mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u lil C.M.T. Compagnia Manifatture Tessili S.r.l., fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 57(2) moqri flimkien mal-paragrafu (2) tal-istess artikolu tar-Regolament Nru 207/2009. |