3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/52


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2017 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill

(Kawża T-37/17)

(2017/C 104/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Tejarat (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, K. Mittal, A. Meskarian, Solicitors, T. Otty, R. Blakeley, V. Zaiwalla, u H. Leith, Barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tordna lill-Kunsill jikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu mġarrab minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi mill-Kunsill permezz tal-atti segwenti, li jikkonċernaw miżuri restrettivi kontra l-Iran: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012 (ĠU 2012 L 19, p. 22), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 (ĠU 2012 L 88, p. 1), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 (ĠU 2012 L 19, p. 1), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012 tat-2 ta’ Awwissu 2012 (ĠU 2012 L 208, p. 2), id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/556 tas-7 ta’ April 2015 (ĠU L 92, 8.4.2015, p. 101) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/5479 tas-7 ta’ April 2015 (ĠU 2015 L 92, p. 12); is-somom segwenti għandhom jitħallsu lir-rikorrent: USD 1 494 050 000 bħala danni materjali, EUR 1 000 000 bħala danni morali, u l-interessi fuq dawn l-ammonti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

Ir-rikorrent jallega li l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi mill-Kunsill fil-konfront tiegħu tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tal-obbligi intiżi li jikkonferixxu drittijiet fuq individwi u għalhekk ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea. Dan il-ksur kien il-kawża diretta tad-dannu materjali u morali kunsiderevoli mġarrab mir-rikorrent li fir-rigward tiegħu huwa intitolat għal kumpens.