6.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2017 – Weber-Stephen Products vs EUIPO (iGrill)

(Kawża T-35/17)

(2017/C 070/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Weber Stephen Products LLC (Palatine, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u A. Jauch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 258 162 li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “iGrill”

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 538/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.