3.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/50 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2017 – Barnett vs KESE
(Kawża T-23/17)
(2017/C 104/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Inge Barnett (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi,
— |
prinċipalment, li d-deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 2016, meħuda b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Settembru 2015, li teskludi lir-rikorrenti mill-benefiċċju tal-irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha, hija annullata; |
— |
sussidjarjament, li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat iħallas lir-rikorrenti somma ta’ EUR 207 994,14 bħala dannu materjali mġarrab minnha flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati mid-data tal-iskadenza tas-somom dovuti, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda bi tliet punti u nofs kif ukoll somma f’daqqa ta’ EUR 25 000 bħala dannu morali mġarrab minnha; |
— |
fi kwalunkwe każ, li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-konvenut ma ħax inkunsiderazzjoni l-motivi tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Settembru 2015, Barnett vs KESE (F-20/14, iktar ’il quddiem is-“sentenza tat-TSP”, EU:F:2015:107), għall-finijiet tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni. B’mod partikolari, mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-konvenut ma segwiex il-kriterji stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tiegħu sabiex iwettaq l-allegat eżami mill-ġdid tal-kandidatura tar-rikorrenti. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni kkontestata ma tagħmilx tajjeb għall-illegalità kkonstatata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, jiġifieri l-assenza ta’ identifikazzjoni tal-interess tas-servizz fid-DĠI tal-KESE. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni hija vvizzjata b’diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-interess tas-servizz li allegatament kien jeżisti fl-2013. |
3. |
It-tielet motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-KESE sabiex tadotta deċiżjoni ġdida dwar l-għoti tal-irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni wara t-tħassir tal-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, permezz tar-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15). Konsegwentement, minħabba l-illegalità kkonstatata fis-sentenza tat-TSP, ir-rikorrenti ċċaħħdet definittivament mill-possibbiltà li tibbenefika mill-miżura inkwistjoni. Għaldaqstant, hija għandha tiġi kkumpensata għal dan b’mod sħiħ. |