18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – TN vs ENISA

(Kawża T-461/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ reklutaġġ - Irtirar tal-offerta ta’ reklutaġġ - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Referenzi ta’ karattru xieraq - Article 12 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ta’ data personali - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”))

(2019/C 103/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TN (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: A. Ryan, aġent, assostit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Novembru 2016 li permezz tagħha l-ENISA pproċediet għall-irtirar tal-offerta ta’ reklutaġġ għall-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni “Servizzi Amministrattivi” ppreżentata lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-ENISA għall-kumpens għad-danni materjali u morali. li r-rikorrent allegatament sofra minħabba, b’mod partikolari, l-irtirar illegali ta’ din l-offerta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TN huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.