23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Recordati Orphan Drugs vs EUIPO – Laboratorios Normon (NORMOSANG)

(Kawża T-103/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NORMOSANG - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NORMON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Regola 19(2)(a)(ii) u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saru l-Artikolu 7(2)(a)(ii) u l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430)”))

(2018/C 142/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Recordati Orphan Drugs (Puteaux, Franza) (rappreżentant: J. Quirin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Normon, SA (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: I. Gonzalez-Mogena Gonzalez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2016 (Każ R 831/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Normon u Recordati Orphan Drugs.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Recordati Orphan Drugs hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.