26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 –Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża T-719/17)

(2018/C 112/26)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u G. Wils, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

Fir-rikors tagħha indirizzat lill-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tikkonstata li, meta naqset milli tikkomunika f’intervalli regolari, u mill-inqas kull tliet xhur, in-numru xieraq ta’ applikanti li jistgħu jiġu rrilokati malajr fit-territorju tagħha, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 (1) tal-14 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja, u skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 (2) tat-22 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja, kif ukoll l-obbligi l-oħra relatati mar-rilokazzjoni previsti fl-Artikolu 5(4) sa (11) taż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kunsill iċċitati iktar 'il fuq;

2.

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

F’Settembru 2015, il-Kunsill adotta programm provviżorju għal rilokazzjonijiet ta’ emerġenza, permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet, jiġifieri d-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u Deċiżjoni (UE) 2015/1601, li skonthom l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jirrilokaw mill-Italja u l-Greċja lil persuni bi ħtieġa ċara ta’ protezzjoni internazzjonali.

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jipprevedu l-obbligu għall-Istati Membri li jipproponu postijiet diponibbli għar-rilokazzjoni kull tliet xhur sabiex jiżguraw proċedura ta’ malajr u xierqa ta’ rilokazzjoni. Filwaqt li prattikament l-Istati kollha għamlu rikolkazzjoni u kkonformaw ruħhom mal-impenji tagħhom f’dan il-qasam, minn Awwissu 2016, ir-Repubblika Ċeka ma għamlet l-ebda rilokazzjoni u ġà ikar minn sena lanqas ma pproponiet postijiet ġodda.

Fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni nediet proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Ċeka.

Peress li t-tweġiba ta’ dan l-Istat Membru ma tqisitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproċedi għall-istadju li jmiss fil-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu billi adottat opinjoni motivata fis-26 ta’ Lulju 2017.

Peress li t-tweġiba għal din l-opinjoni ma tqisitx sodisfaċenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra r-Repubblika Ċeka għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi fil-qasam ta’ rilokazzjoni.


(1)  ĠU L 239, p. 146.

(2)  ĠU L 248, p. 80.