26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2017 – College Pension Plan of British Columbia vs Finanzamt München III

(Kawża C-641/17)

(2018/C 112/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: College Pension Plan of British Columbia

Konvenut: Finanzamt München III

Domandi preliminari

1)

Il-moviment liberu tal-kapital stabbilit mill-Artikolu 63(1) flimkien mal-Artikolu 65 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar professjonali mhux residenti li hija analoga, minħabba l-istruttura essenzjali tagħha, għal fond ta’ pensjoni Ġermaniż, ma tibbenefika minn ebda eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital fir-rigward ta’ dividendi rċevuti, filwaqt li dividendi korrispondenti mħallsa lil fondi ta’ pensjoni nazzjonali ma jwasslux għal żieda tat-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta jew iwasslu unikament għal żieda relattivament żgħira tagħha peress li għandhom il-possibbiltà li jnaqqsu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ stima tat-taxxa, il-profitt taxxabbli tagħhom billi jnaqqsu l-provvedimenti għall-obbligi tal-ħlas tal-pensjoni u jinnewtralizzaw, permezz ta’ imputazzjoni u – sa fejn l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpanniji li għandha titħallas huwa inqas mill-ammont imputabbli – permezz ta’ rimbors, it-taxxa fuq id-dħul mill-kapital imħallsa?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, ir-restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital li tirriżulta mill-punt 2 tal-Artikolu 32(1) tal-Körperschaftsteuergesetz hija ammissibbli fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, b’applikazzjoni tal-Artikolu 63 flimkien mal-Artikolu 64(1) TFUE, minħabba li timplika l-provvista ta’ servizzi finanzjarji?