13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Funke Medien NRW GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-469/17)

(2017/C 382/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Funke Medien NRW GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dritt esklużiv tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE (1)] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż id-dritt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom, u l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet ta’ dawn id-drittijiet [Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29/KE], iħallu marġni diskrezzjonali għat-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali?

2)

B’liema mod għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-determinazzjoni tal-portata tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet, previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29/KE, tad-dritt esklużiv tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom?

3)

Id-drittijiet fundamentali għal-libertà tal-informazzjoni [it-tieni sentenza tal-Artikolu 11(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] jew għal-libertà tal-istampa [Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] jistgħu jiġġustifikaw eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż id-dritt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom, lil hinn mill-eċċezzjonijiet jew mil-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29/KE?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol.1, p. 230)