3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Luigi Bisignani vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma

(Kawża C-125/17)

(2017/C 213/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luigi Bisignani

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma

Domanda preliminari

L-Artikolu 64 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), moqri flimkien mal-Artikolu 63 ta’ qablu u mal-Artikolu 65 ta’ warajh, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 (1), sa fejn jippermettu rispettivament li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jżommu r-restrizzjonijiet eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 1993 għall-moviment tal-kapital lejn jew li joriġina minn pajjiż terz sabiex jiġi evitat telf potenzjali ta’ dħul għall-Istati Membri u jinġabru l-provi tan-natura irregolari jew illegali ta’ tranżazzjonijiet li jkunu jidhru li jmorru kontra jew jiksru l-leġiżlazzjoni fiskali, billi ssir, abbażi tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni għal dak li jirrigwarda r-residenza tagħhom jew il-post fejn il-kapital tagħhom ikun investit, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, skont l-Artikolu 9(1)(c) u (d) tal-Liġi Nru 97 tas-6 ta’ Awwissu 2013 (liġi Ewropea tal-2013), għall-inqas skont l-interpretazzjoni proposta miż-żewġ partijiet, ħassret b’mod definittiv (minflok irriformulat) l-elementi li jikkostitwixxu l-ksur fiskali previst u ssanzjonat mill-Artikoli 4 u 5 tal-Digriet Liġi Nru 167 tat-28 ta’ Ġunju 1990, ikkonvertit f’liġi, b’xi emendi, permezz tal-Liġi Nru 227 tal-4 ta’ Awwissu 1990, u dan mingħajr ma tagħmel distinzjoni bejn id-diversi każijiet ta’ moviment tal-kapital bejn Stati Membri tal-Unjoni u bejn dawn tal-aħħar u l-pajjiżi jew it-territorji li għandhom sistemi ta’ taxxa preferenzjali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, p. 1).