3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/36


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2017 minn Liam Jenkinson mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-602/15, Liam Jenkinson vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Eulex Kosovo

(Kawża C-43/17 P)

(2017/C 104/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Liam Jenkinson (rappreżentant: N. de Montigny, J.-N. Louis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Eulex Kosovo

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-602/15 sa fejn tiċħad ir-rikors ippreżentant mir-rikorrent u tikkundannah għall-ispejjeż tal-istanzi;

tiddeċiedi fuq l-appell;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jikkontesta li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni ddikjarat lilha nnifisha kompetenti biss dwar tilwima bbażata fuq l-aħħar kuntratt għal żmien determinat iffirmat mill-appellant.

Jikkontesta wkoll, anki jekk wieħed jippreżumi l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward eżatta, quod non, il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx dwar diversi mit-talbiet tiegħu bbażati fuq it-tmiem tar-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni u għalhekk fuq l-aħħar kuntratt għal żmien determinat. Fil-fatt l-illegalità tad-digriet appellat tirriżulta mill-konċiżjoni tal-motivazzjoni li hija f’dan il-punt qasira li ma tippermettix li jinftiehem kif il-Qorti Ġenerali setgħet, mingħajr ma tanalizza l-bażi tal-proċess, tikkonkludi l-inkompetenza tagħha, bl-eċċezzjoni tat-tilwima dwar l-aħħar kuntratt għal żmien determinat, fuq l-unika bażi tal-eżistenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ anki jekk il-validità u l-legalità ta’ tali klawżola kienu kkontestati mill-appellant.

L-appellant jikkontesta wkoll l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-argumentazzjoni kollha tiegħu intiża għall-eżistenza ta’ nuqqas fil-kap tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-assenza ta’ kuntest ġuridiku li toffri lill-appellant u lil persunal kollu tal-missjonijiet tad-dritt stabbiliti mill-Unjoni, garanzija li jara rispettat id-drittijiet tiegħu soċjali l-iktar fundamentali li l-garanzija tad-dritt ta’ aċċess effettiv għal tribunal u tad-dritt għal smigħ xieraq.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka konsegwentement il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni:

tad-dritt Ewropew applikabbli sabiex tiġi determinata l-liġi applikabbli għat-tilwim fil-qasam kuntrattwali;

tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tax-xogħol Belġjan;

tar-rekwiżiti minimi fuq ix-xogħol għal żmien determinat applikabbli fuq livell Komunitarju;

tad-drittijiet stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita.