22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy we Wrocławiu (il-Polonja) fis-17 ta’ Jannar 2017 – Skarb Państwa, irrappreżentat minn Wojewoda Dolnośląski vs Gmina Trzebnica

(Kawża C-19/17)

(2017/C 161/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa (it-teżor pubbliku), irrappreżentat minn Wojewoda Dolnośląski (reġjun ta’ Dolny Śląsk)

Konvenut: Gmina Trzebnica (Komun ta’ Trzebnica)

Domandi preliminari

1)

Prestazzjonijiet li benefiċjarju jirċievi abbażi ta’ penalitajiet kuntrattwali jew ta’ kumpens b’rabta man-nuqqas ta’ twettiq jew mat-twettiq tardiv ta’ obbligu jikkostitwixxu dħul fis-sens tar-Regola Nru 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004, tal-10 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1685/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar l-eliġibilità tal-infiq fuq operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1145/2003 (1)?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1 tkun fl-affermattiv:

a)

Id-dħul fil-forma ta’ penalitajiet kuntrattwali jista’ jiġi dedott mit-telf jew mill-ispejjeż addizzjonali sostnuti mill-benefiċjarju minħabba n-nuqqas ta’ twettiq jew minħabba t-twettiq tardiv tal-kuntratt mill-parti kontraenti l-oħra?

b)

Prestazzjoni pprovduta mill-parti kontraenti l-oħra, li tikkonsisti fit-twettiq ta’ xogħlijiet, favur il-benefiċjarju, li b’ebda mod ma huma relatati mal-oġġett tal-finanzjament u li jeħilsu lill-parti kontraenti l-oħra mill-obbligu li tħallas il-penalitajiet kuntrattwali (datio in solutum) tikkostitwixxi dħul fis-sens tar-Regola Nru 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004, tal-10 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1685/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar l-eliġibilità tal-infiq fuq operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1145/2003?

3)

Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2a jkunu fl-affermattiv, l-ammont tad-dħul miksub mill-benefiċjarju huwa l-ammont tal-penalità kuntrattwali imposta fuq il-parti kontraenti l-oħra jew inkella l-valur tal-prestazzjoni sostitwenti?

4)

Huwa possibbli li l-ammont tad-dħul miksub mill-benefiċjarju matul il-perijodu tal-għajnuna jitnaqqas mill-kofinanzjament wara l-għeluq tal-għajnuna fis-sens tar-Regola 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004, tal-10 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1685/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar l-eliġibilità tal-infiq fuq operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1145/2003?

5)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 4 tkun fl-affermattiv: huwa possibbli li l-ammont tad-dħul miksub mill-benefiċjarju jitnaqqas mill-kofinanzjament meta dan id-dħul ma jkunx ġie nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru qabel l-għeluq tal-għajnuna?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 2, p. 3