3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-2 ta’ Jannar 2017 – Instituto Nacional de la Seguridad Social vs Tesorería General de la Seguridad Social u Jesús Crespo Rey

(Kawża C-2/17)

(2017/C 104/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto Nacional de la Seguridad Social

Konvenuti: Tesorería General de la Seguridad Social, Jesús Crespo Rey

Domandi preliminari

1)

Il-frażi “il-bażi tal-kontribuzzjoni fi Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien” fl-Anness XI(Spanja)(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), għandha tinftiehem fis-sens li teskludi dawk il-bażijiet ta’ kontribuzzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni interna Spanjola li tgħid li ħaddiem migrant li rritorna u li l-aħħar kontribuzzjonijiet reali tiegħu Spanjoli kienu ogħla mill-bażijiet minimi jista’ biss jikkonkludi ftehim għaż-żamma ta’ kontribuzzjonijiet konformement ma’ bażijiet minimi filwaqt li, kieku kien ħaddiem mhux migrant, huwa kien ikollu l-possibbiltà li jikkonkludi tali ftehim b’bażijiet ogħla?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, u konformement mal-Anness XI(Spanja)(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, il-fatt li jittieħdu l-aħħar kontribuzzjonijiet reali Spanjoli debitament aġġornati u li jitqies il-perijodu ta’ kontribuzzjoni kopert mill-ftehim għaż-żamma ta’ kontribuzzjonijiet bħala perijodu newtrali jew perijodu ta’ intervall, għandhom jitqiesu li huma rimedji adegwati bħala kumpens għad-dannu mġarrab mill-ħaddiem migrant?”


(1)  ĠU 2004, L 166, p. 1