1.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tartu Halduskohus – l-Estonja) – Argo Kalda Mardi talu vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

(Kawża C-435/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Pagamenti diretti - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikoli 93 u 94 - Anness II - Kundizzjonalità - Kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali - Rekwiżiti minimi - Implimentazzjoni minn Stat Membru - Obbligu ta’ manutenzjoni ta’ monumenti funebri - Portata))

(2018/C 352/16)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Halduskohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Argo Kalda Mardi talu

Konvenut: Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 93(1) u (2), l-Artikolu 94 u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jimponi, bħala standard marbut mal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba previsti f’dak l-Anness II, il-konservazzjoni, fuq superfiċju agrikolu, ta’ siti funebri mmarkati b’ġebel, li ċ-ċaqliq tagħhom iwassal għal ksur ta’ tali standard u, għaldaqstant, it-tnaqqis tal-pagamenti dovuti lill-bidwi kkonċernat.

2)

L-Artikolu 72(1)(a), l-Artikolu 91(1) u (2), l-Artikolu 93(1) u l-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1306/2013, kif ukoll l-Artikolu 4(1)(b), (c) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligi bbażati fuq kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, previsti mir-Regolament Nru 1306/2013, għandhom jiġu osservati fuq l-impriża agrikola kollha u mhux unikament fuq is-superfiċju agrikolu li għalih tintalab għajnuna b’mod konkret.


(1)  ĠU C 338, 9.10.2017.