30.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 30/56 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Fertisac vs ECHA
(Kawża T-855/16)
(2017/C 030/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fertisac, S.L. (Atarfe, Spanja) (rappreżentanti: J. Gómez Rodríguez, avukat)
Konvenuta: l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ECHA Nru SME (2016) 5150, tal-15 ta’ Novembru 2016, li permezz tagħha ġie ddikjarat li FERTISAC S.L. ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tal-ħlasijiet previst għal impriżi ta’ daqs medju u li timponilha spiża amministrattiva. |
— |
tannulla l-Fattura Nru 10060160 tal-ECHA, tal-15 ta’ Novembru 2016, ta’ ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-ħlas magħmul minn FERTISAC S.L. u l-ħlas eżiġibbli mingħand impriża kbira, maħruġa abbażi tad-Deċiżjoni ECHA Nru SME (2016) 5150. |
— |
tannulla l-Fattura Nru 10060161 tal-ECHA, tal-15 ta’ Novembru 2016, li tiddetermina l-ispiża amministrattiva b’mod konformi mad-Deċiżjoni ECHA Nru SME (2016) 5150 |
— |
tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball fil-klassifikazzjoni ta’ FERTISAC S.L. bħala impriża kbira.
Il-klassifikazzjoni ta’ impriża bħala SME tiddependi fuq żewġ limiti. Ma huwiex suffiċjenti li jinqabeż wieħed biss minn dawn il-limiti (kif jirriżulta mid-deċiżjoni tal-ECHA, li tieħu inkunsiderazzjoni biss wieħed minnhom: id-dħul mill-bejgħ annwali), filwaqt li jiġi injorat b’mod ċar l-ewwel rekwiżit, jiġifieri, in-numru ta’ persuni, li huwa sseparat nettament bil-konġunzjoni “u”. Issa, FERTISAC S.L. fl-ebda mument ma qabżet il-limitu li jkollha inqas minn 250 impjegat. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta interpretat b’mod żbaljat ir-Rakkomandazzjoni 2003/361.
|