28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Pebagua vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-715/16)

(2016/C 441/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquívir (Pebagua) (Isla Mayor, Spanja) (rappreżentant: A. J. Uceda Sosa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-regolament ta’ implementazzjoni kkontestat,

sussidjarjament, tannulla l-inklużjoni tal-ispeċi Procambarus clarkii fil-lista approvata mill-imsemmi regolament,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141, tat-13 ta’ Lulju 2016, li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni [eżotiċi] invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016, L 189, p. 4)

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, fir-rigward tal-ispeċi Procambarus clarkii, la ġew issodisfatti r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament 1143/2014 u lanqas ma twettqet evalwazzjoni tar-riskju fit-termini previsti fl-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament.