28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/24


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-682/16)

(2016/C 441/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas u D. Segoin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)4287 final, tat-12 ta’ Lulju 2016, innotifikata fit-13 ta’ Lulju 2016, li tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar lil Franza taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549). Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti, li skontha l-awtoritajiet Franċiżi implementaw kompletament il-pjan ta’ azzjoni li jinkludi indikaturi ta’ progress ċari stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, li għalih tirreferi d-deċiżjoni kkontestata.

It-tieni parti, li skontha d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq elementi li ma kinux previsti fil-pjan ta’ azzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.