7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2016 – Camerin vs Il-Parlament

(Kawża T-647/16)

(2016/C 410/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laure Camerin (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla, skont il-ħtieġa, id-deċiżjoni ta’ ċaħda;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni meħuda fl-1 ta’ Diċembru 2015 mis-Segretarju Ġenerali tal-Grupp S&D fil-Parlament Ewropew, li tirrifjuta l-estensjoni tal-attività tagħha lil hinn minn 65 sena sal-31 ta’ Diċmebru 2016 (id-deċiżjoni ikkontestata), ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti hija bbażata fuq ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

It-tieni parti hija bbażata fuq ksur tas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal.