29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/37


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 59/16, De Nicola vs BEI

(Kawża T-59/16 P)

(2016/C 111/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ riforma parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-paragrafi 2 u 3 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 58 sa 63 tas-sentenza stess;

konsegwentement, tannulla jew tiddikjara mhux applikabbli l-linji gwida stabbiliti għall-2012; tikkundanna lill-BEI għar-riżarċiment tad-danni subiti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur jew, sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament presedut, bil-għan li mill-ġdid tingħata deċiżjoni fuq il-punti annullati.

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-9/14).

Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.