Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Imħallef uniku) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Kakol vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-641/16 RENV u T-137/17)

Servizz pubbliku  – Uffiċjali  – Reklutaġġ  – Avviż ta’ kompetizzjoni  – Kompetizzjoni ġenerali  – Nuqqas ta’ ammissjoni ta’ kandidat sabiex jipparteċipa għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni  – Nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ titoli jew ta’ diplomi  – Ammissjoni għal kompetizzjoni preċedenti  – Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni simili  – Regoli ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment  – Awtorità ta’ res judicata  – Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva preliminari  – Kompetenza tal-awtur tal-att  – Talba għad-danni

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel – Konkordanza bejn l-ilment u r-rikors – Motivi li ma jidhrux fl-ilment – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(2))

(ara l-punti 64-68, 71)

2. 

Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Awtorità assoluta ta’ res judicata – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv

(Artikoli 264 u 266 TFUE)

(ara l-punti 74-77)

3. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors għad-danni – Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament – Ammissibbiltà minkejja l-assenza ta’ proċedura prekontenzjuża konformement mar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjoni – Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90 u 91)

(ara l-punti 80, 81)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Deċiżjoni adottata wara eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni preċedenti – Deċiżjoni adottata minn bord ta’ kompetizzjoni wara l-eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tal-kandidat

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 83, 92)

5. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ deċiżjoni dwar it-talbiet kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Talbiet neqsin minn kontenut awtonomu jew deċiżjoni purament konfermattiva – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punt 84)

6. 

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Oneru – Teħid inkunsiderazzjoni tar-rekwiżiti ta’ ekwità

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 134(1) u 135(1))

(ara l-punti 102, 103, 106, 109)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-14 ta’ Frar 2014, ikkomunikati fit-2 ta’ Mejju 2016, u fil-25 ta’ Novembru 2016 li ma tintlaqax ir-rikorrenti għall-eżamijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni AD/177/10, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), minħabba li ma kinitx tissoddisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ titoli jew ta’ kwalifiki meħtieġa fl-avviż ta’ kompetizzjoni, jew li tiċħad l-ilment tagħha kontra dan ir-rifjut ta’ ammissjoni, u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 5000 bħala kumpens għad-danni morali li allegatament sofriet minħabba n-natura vessatorja tat-trattament tal-kandidatura tagħha.

Dispożittiv

1) 

Il-Kawżi T‑641/16 RENV u T‑137/17 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2) 

Fil-Kawża T-641-16 RENV, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament u, il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Fil-Kawża T-137/17, ir-rikors huwa miċħud.

4) 

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-Kawżi T‑641/16 RENV u T‑137/17 kif ukoll mal-Kawżi F‑48/14 u T‑152/15 P.