26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – Campailla vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-759/16) (1)

(“Rikors għad-danni - Dritt istituzzjonali - Responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors miċħud mill-Qorti Ġenerali bħala inammissibbli - Appell miċħud bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ rappreżentanza - Rikors manifestament inammissibbli”)

(2018/C 112/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Massimo Campailla (Holtz, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea irrappreżentanta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba d-digriet tas-6 ta’ Ottubru 2011, Campailla vs Il-Kummissjoni (C-265/11 P, mhux ippubblikat, EU:C:2011:644).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Massimo Campailla għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.