18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-624/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar – rimbors tal – ispejjeż ta’ assistenza parlamentari - Talba għas – sospensjoni tal – eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 121/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: N. Fakiroff, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2016, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tal-ammont ta’ EUR 275 984,23, tan-nota ta’ debitu Nru 2016-916, tal-5 ta’ Lulju 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni u għan-notifika tal-imsemmija atti mid-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tas-6 ta’ Lulju 2016.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.