23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – Paulini vs BĊE

(Kawża T-764/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances - Legalità tal-linji gwida - Metodu ta’kalkolu - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard - Teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ rappreżentant tal-persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni”))

(2018/C 142/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jörn Paulini (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u M. Vandenbussche, sussegwentement minn L. Levi u A. Tymen u finalment minn L. Levi, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. von Lindeiner u D. Camilleri Podestà, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE, ikkomunikata lir-rikorrent fil-15 ta’ Diċembru 2015 u emendata fl-10 ta’ Frar 2016, dwar ir-reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances għall-2015, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna insegwitu għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jörn Paulini għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.