201806150731955382018/C 231/287122016TC23120180702MT01MTINFO_JUDICIAL20180516232422

Kawża T-712/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq tat-trasport bl-ajru — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji — Talba għall-eżenzjoni ta’ parti mill-obbligi li huma s-suġġett tal-impenji — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter”)


C2312018MT2320120180516MT0028232242

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-712/16) ( 1 )

“(“Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq tat-trasport bl-ajru — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji — Talba għall-eżenzjoni ta’ parti mill-obbligi li huma s-suġġett tal-impenji — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter”)”

2018/C 231/28Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völcker, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, H. Leupold u I. Zaloguin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4964 finali, tal-25 ta’ Lulju 2016, li tiċħad talba mressqa mir-rikorrenti dwar l-eżenzjoni ta’ ċerti impenji li saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2005, li tapprova l-konċentrazzjoni, fil-Każ COMP/M.3770 – Lufthansa/Swiss.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4964 finali, tal-25 ta’ Lulju 2016, li tiċħad talba mressqa mir-rikorrenti dwar l-eżenzjoni ta’ ċerti impenji li saru vinkolanti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2005, li tapprova l-konċentrazzjoni, fil-Każ COMP/M.3770 – Lufthansa/Swiss hija annullata sa fejn tirrigwarda r-rotta Zurich-Stokkolma.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


( 1 ) ĠU C 462, 12.12.2016.