201806080181931212018/C 221/185742016TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180503161722

Kawża T-574/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – HK vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Pensjoni tas-superstiti — Kundizzjonijiet għall-għoti — Kundizzjoni ta’ anzjanità taż-żwieġ — Sħubija mhux matrimonjali — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal”)


C2212018MT1620120180503MT0018162172

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – HK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/16) ( 1 )

“(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Pensjoni tas-superstiti — Kundizzjonijiet għall-għoti — Kundizzjoni ta’ anzjanità taż-żwieġ — Sħubija mhux matrimonjali — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal”)”

2018/C 221/18Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HK (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement minn M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent il-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti u, de la décision de la Commission refusant d’octroyer au requérant le bénéfice de la pension de survie et, u jekk meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, li tikseb kumpens għad-danni materiali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħuda.

2)

HK huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


( 1 ) ĠU C 59, 15.2.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-151/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).