13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Hanschmann vs Europol

(Kawża T-562/16) (1)

((Servizz pubbliku - Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Kumpens - Annallament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-Kawżi F-27/09 u F-104/12))

(2017/C 382/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Hanschmann (Taucha, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Dammingh u N. Dane, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: D. Neumann u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, A. Duron u I. Antypas, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Europol tad-29 ta’ Lulju 2014 li ma ġġeddidx għal żmien indeterminat il-kuntratt għal żmien indeterminat il-kuntratt mogħti lir-rikorrent u sabiex tallokalu ammont ta’ EUR 10 000 minħabba t-tul tal-proċedura u l-estensjoni tal-istat ta’ inċertezza tiegħu kif ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

I. Hanschmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-119/15) u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).