5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — Frank vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-478/16) (1)
(“Riċerka u żvilupp teknoloġiku - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) - Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma ERC għas-sena 2016 - Deċiżjoni tal-ERCEA li tiċħad talba għal sussidju bħala ineliġibbli - Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Inammissibbiltà parzjali - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)
(2019/C 263/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Regine Frank (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Conrad, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, L. Mantl u B. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2016 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2016 li jiċħdu rispettivament b’mod impliċitu u espliċitu l-azzjoni amministrattiva ppreżentata mir-rikorrenti, konformement mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |