21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – Martín Osete vs EUIPO – Rey (AN IDEAL WIFE ET)
(Kawżi Magħquda T-427/16 sa T-429/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea AN IDEAL WIFE, AN IDEAL LOVER u AN IDEAL HUSBAND - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade marks - Artikoli 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ raġuni ġusta għan-nuqqas ta’ użu”))
(2017/C 277/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Isabel Martín Osete (Pariġi, Franza) (rappreżentant: V. Wellens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Danielle Rey (Toulouse, Franza) (rappreżentanti: P. Wallaert u J. Cockain-Barere, avukati)
Suġġett
RikorsI ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ April 2016 (Każijiet R 1528/2015-2, R 1527/2015-2 u R 1526/2015-2 R 708/2005-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Rey u Martín Osete.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda |
2) |
Isabel Martín Osete hija kkundannata għall-ispejjeż. |