3.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 436/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Terna vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-387/16) (1)
((“Għajnuna finanzjarja - Proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej - Determinazzjoni tal-ammont finali tal-għajnuna finanzjarja - Rapport tal-awditjar li jidentifika irregolaritajiet - Spejjeż mhux eliġibbli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità”))
(2018/C 436/49)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Terna – Rete elettrica nazionale SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Police, L. Di Via, F. Degni, F. Covone u D. Carria, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, L. Di Paolo, A. Tokár u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittri tas-6 ta’ Lulju 2015, tat-23 ta’ Mejju u tal-14 ta’ Ġunju 2016 tal-Kummissjoni dwar ċerti spejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ żewġ proġetti fil-qasam tan-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej (Proġetti 209-E255/09-ENER/09/TEN-E-S 12.564583 u 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S 07.91403) wara l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Terna – Rete elettrica nazionale SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |