21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild)

(Kawża T-359/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TestBild - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti test - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv intrinsiku - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 277/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Axel Springer SE (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stiftung Warentest (Berlin) (rappreżentanti: inizjalment R. Mann, J. Smid, T. Brach, H. Nieland u A.-K. Kornrumpf, sussegwentement J. Smid, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2016 (Każ R 555/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stiftung Warentest u Axel Springer.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Mejju 2016 (Każ R 555/2015-4) hija annullata, sa fejn hija kkonstatat l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għal dak li jikkonċerna l-“materjal stampat, b’mod partikolari rivisti test, informazzjoni intiża għall-konsumaturi, prospectus, katalgi, kotba, ġurnali u perjodiċi; materjal istruttiv u għat-tagħlim (minbarra apparat)”, tal-klassi 16 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.