22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2017 – Steel Invest & Finance (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/16) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-azzar - Għajnuna mogħtija mill-Belġju lil diversi intrapriżi tas-settur tal-azzar - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat”))

(2018/C 022/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Steel Invest & Finance (Luxembourg) SA (Stressen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. van den Broucke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn É. Gippini Fournier u K. Herrmann, sussegwentement minn É. Gippini Fournier, V. Bottka u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2041 tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco (ĠU 2016, L 314, p. 22).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Steel Invest & Finance (Luxembourg) SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.