18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–8 ta’ Novembru 2017 – De Nicola vs Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea

(Kawża T-99/16) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ smigħ xieraq - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli - Talbiet għad-danni mressqa fil-kuntest ta’ rikors pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kawża mibgħuta parzjalment lura quddiem it-Tribunal”))

(2017/C 437/33)

Lingwa tal-kawża: it–Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il–Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Isola u G. Isola, sussegwentement G. Ferabecoli, avukati)

Konvenuta: Il–Qorti tal–Ġustizzja tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, sussegwentement J. Inghelram aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra, l-ewwel nett, minħabba, minn naħa, il-fastidju psikoloġiku li għalih huwa kien suġġett min-naħa tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), u min-naħa l-oħra, minħabba n-natura allegatament mhux xierqa tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea u quddiem il-Qorti Ġenerali li għalihom kien parti r-rikorrenti u, it-tieni nett, minħabba t-tul allegatament eċċessiv tal-imsemmija proċeduri.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din il-kawża sostnuti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-100/15).