27.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta’ Novembru 2016 – Presidenza del Consiglio dei Ministri vs Giovanna Castellano et
(Kawża C-617/16)
(2017/C 063/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Konvenuti u rikorrenti inċidentali: Giovanna Castellano, Maria Concetta Pandolfo, Antonio Marletta, Vito Mannino, Olga Gagliardo, Emilio Nardi, Maria Catania, Massimo Gallucci, Giovanna Pischedda, Giambattista Gagliardo
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva 82/76/KEE (1), li twettaq rikapitolazzjoni tad-Direttivi 75/362/KEE (2) u 75/363/KEE (3), għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha anki t-taħriġ ta’ tobba speċjalisti, kemm full-time kif ukoll part-time, li kien diġà fis-seħħ u li kompla wara l-31 ta’ Diċembru 1982, li hija d-data ta’ skadenza stabbilita għall-Istati Membri permezz tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 82/76/KEE sabiex jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom. Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1: |
2) |
l-anness, miżjud mad-Direttiva “koordinazzjoni” 75/363/KEE permezz tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 82/76/KEE, li twettaq rikapitolazzjoni tad-Direttivi 75/362/KEE u 75/363/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li għall-korsijiet ta’ taħriġ ta’ speċjalizzazzjoni li fil-31 ta’ Diċembru 1982 kienu diġà nbdew, it-tnissil tal-obbligu ta’ remunerazzjoni adegwata għat-tobba li jkunu qegħdin jispeċjalizzaw jiddependi mit-twettiq tal-obbligu ta’ organizzazzjoni mill-ġdid jew, fi kwalunkwe każ, ta’ verifika ta’ kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttivi? |
3) |
għat-tobba li jkunu kisbu speċjalizzazzjonijiet billi attendew korsijiet ta’ taħriġ li kienu diġà bdew iżda kienu għadhom ma spiċċċawx fl-1 ta’ Jannar 1983, tnissel jew le l-obbligu ta’ remunerazzjoni adegwata għat-tul kollu tal-kors jew għall-perijodu ta’ żmien ta’ wara l-31 ta’ Diċembru 1982 biss, u taħt liema kundizzjonijiet? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1982, li temenda d-Direttiva 75/362/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ titoli oħra ta’ tabib u li tinkludi miżuri intiżi sabiex jiġi faċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u d-Direttiva 75/363/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ tabib (ĠU L 43, p. 21).
(2) Direttiva tal-Kunsill 75/362/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ titoli oħra ta’ tabib u li tinkludi miżuri intiżi sabiex jiġi faċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (ĠU L 167, p. 1).
(3) Direttiva tal-Kunsill 75/363/KE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ tabib (ĠU L 167, p. 14).