23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/3


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 minn Francisco Javier Rosa Rodriguez mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-358/16, Rosa Rodriguez vs Consejería de Educación de la Junta de Andalucía

(Kawża C-509/16 P)

(2017/C 022/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Francisco Javier Rosa Rodriguez (rappreżentant: J. Velasco Velasco, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Consejería de Educación de la Junta de Andalucía

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Diċembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li F.J. Rosa Rodriguez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.