18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fl-4 ta’ April 2016 – proċeduri kriminali kontra Ionel Opria

(Kawża C-188/16)

(2016/C 260/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ionel Opria

Parti oħra: Staatsanwaltschaft München I

Domanda preliminari

L-Artikoli 2, 3(1)(c) u 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet leġiżlattivi ta’ Stat Membru li permezz tagħhom, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali kontra persuna mħarrka li ma għandhiex domiċilju stabbilit jew residenza stabbilita f’dan l-Istat Membru, digriet kriminali kontra tagħha jista’ jiġi nnotifikat lil mandatarju għall-finijiet tan-notifika nnominat mill-persuna mħarrka bil-konsegwenza li, fl-iskadenza tat-terminu ta’ oppożizzjoni (ta’ ġimagħtejn) li jibda jiddekorri min-notifika lill-mandatarju, id-digriet kriminali jikseb is-saħħa ta’ res judicata, anki jekk, skont id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Istat Membru, il-persuna mħarrka, li, fi żmien ġimagħtejn dekorribbli mid-data li fiha hija tkun ħadet konjizzjoni tal-eżistenza tad-digriet kriminali, tressaq, bil-miktub, quddiem il-qorti kompetenti, oppożizzjoni kontra dan id-digriet kriminali, għandha tiġi ex officio rreintegrata fid-drittijiet tagħha bil-konsegwenza li, b’effett mill-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet tagħha, il-proċeduri għandhom jitkomplew bħalkieku l-oppożizzjoni saret fit-terminu stabbilit?


(1)  GU L 142, p. 1.