18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Jannar 2016 – Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-51/16)

(2016/C 136/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stryker EMEA Supply Chain Services BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

Domandi preliminari

1)

L-intestatura 9021 tan-NM [Nomenklatura Magħquda] għandha tiġi interpretata fis-sens li l-viti għall-impjanti, kif deskritti fil-punt 4 iktar ’il fuq, li huma esklużivament intiżi sabiex jiddaħħlu fil-ġisem ta’ bniedem għat-trattament ta’ ksur tal-għadam jew għat-tqegħid ta’ protesijiet, jistgħu jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura?

2)

Ir-Regolament Nru 1212/2014 (1) huwa validu?


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2014, tal-11 ta’ Novembru 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 329, p. 3).