29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fl-4 ta’ Jannar 2016 – J. D. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-4/16)

(2016/C 111/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J. D.

Konvenuta: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ idroenerġija inkwantu sors ta’ enerġija li tiġġedded, użat fl-Artikolu 2(a), moqri flimkien mal-Artikolu 5(3) u mal-premessa 30, tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), għandu jinftiehem bħala li jirreferi esklużivament għal enerġija prodotta minn impjant idroelettriku li jisfrutta ilma ġieri miexi l-isfel ta’ ilmijiet tal-wiċċ interni, inkluż ilma ġieri miexi l-isfel ta’ xmajjar, jew jirreferi wkoll għal enerġija prodotta f’impjant idroelettriku (li ma huwiex impjant kompost minn sistema ta’ ħażna bl-ippumpjar jew pompa-magna turbina) li jinsab f’punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ industrijali ta’ impriża oħra?


(1)  ĠU L 140, p. 16.