SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
22 ta’ Ġunju 2017 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Artikoli 3 sa 5 — Trasferiment ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Eċċezzjonijiet — Proċeduri ta’ insolvenza — “pre-pack” — Sopravivenza ta’ impriża”
Fil-Kawża C-126/16,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (qorti tal-Midden-Nederland, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni 24 ta’ Frar 2016, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Frar 2016, fil-proċedura
Federatie Nederlandse Vakvereniging,
Karin van den Burg-Vergeer,
Lyoba Tanja Alida Kukupessy,
Danielle Paase-Teeuwen,
Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk
vs
Smallsteps BV,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta’ Jannar 2017,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Federatie Nederlandse Vakvereniging, kif ukoll għal Karin van den Burg-Vergeer, Lyoba Tanja Alida Kukupessy, Danielle Paase-Teeuwen u Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk, minn A. Simsek, avukat, |
— |
għal Smallsteps BV, minn B.F.H. Rumora-Scheltema, H.T. ten Have u R.J. van Galen, avukati, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn J. Langer u M. Bulterman, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u M. Kellerbauer, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-29 ta’ Marzu 2017,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU 2001 L 82, p. 16). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kunest ta’ tilwima bejn il-Federatie Nederlandse Vakvereniging, (iktar ’il quddiem il-“FNV”), organizzazzjoni sindakali Olandiża, kif ukoll Karin van den Burg-Vergeer, Lyoba Tanja Alida Kukupessy, Danielle Paase-Teeuwen u Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk, u Smallsteps BV rigward il-konstatazzjoni ta’ trasferiment tar-relazzjonijiet ta’ impjieg lejn din il-kumpannija. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Id-Direttiva 2001/23 tikkostitwixxi l-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KE, tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU 1977 L 61, p. 26), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-29 ta’ Ġunju 1998 (ĠU 1998 L 201, p. 88). |
4 |
Il-premessa 3 tad-Direttiva 2001/23 hija redatta kif ġej: “Huwa neċessarju li jigi provdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ li jinbidel min jimpjiega, b’mod partikulari, sabiex jigi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardati.” |
5 |
L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi: “Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ mpri¿a, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjiega bhala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.” |
6 |
L-Artikolu 3(1) tad-direttiva jipprevedi: “Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkaw¿ati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment. |
7 |
L-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi: “It-trasferiment ta’ l-impriża, n-negozju jew xi parti mill-impriza jew negozju m’għandux fih innifsu jikkostitwixixi bażi għal tkeċċija minn min jagħmel it-trasferiment jew minn min lilu jsir it-trasferiment. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tkun ta’ xkiel għal tkeċċijiet li jistgħu iseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu.” |
8 |
Skont l-Artikolu 5 tal-istess direttiva: “1. Sakemm l-Istati Membri ma jipprovdux xort’oħra, l-Artikoli 3 u 4 m’ għandhomx japplikaw għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju meta min ikun qed jagħmel it-trasferiment huwa s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ falliment jew ta’ xi proċedimenti analogi ta’ falliment li kienu istitwiti bl-iskop tal-likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min qed jagħmel it-trasferiment u huma taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti (li tista’ tkun prattikant tal-falliment awtorizzat minn awtorità pubblika kompetenti). 2. Meta l-Artikoli 3 u 4 japplikaw għal trasferiment waqt proċedimenti ta’ falliment li nfetħu għar-rigward ta’ min jagħmel it-trasferiment (kemm jekk dawk il-proċedimenti jkunu nbdew bl-iskop tal-likwidazzjoni ta’ l-assi ta’ min ikun qed jagħmel it-trasferiment kemm jekk le) u sakemm dawn il-proċedimenti jkunu taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika kompetenti (li tista’ tkun prattikant tal-falliment determinat mil-liġi nazzjonali) Stat Membru jista’ jipprovdi li:
3. Stat Membru jista’ japplika l-paragrafu 2(b) għal kull trasferiment meta min jagħmel it-trasferiment ikun f’qagħda ta’ kriżi ekonomika serja, kif definita mill-liġi nazzjonali, sakemm il-qagħda tiġi ddikjarata minn awtorità pubblika kompetenti u tkun miftuħa għal sorveljanza ġudizzjarja, bil-kundizzjoni li dawn id-disposizzjonijiet kienu digà jeżistu fil-liġi nazzjonali fis-17 ta’ Lulju 1998. […] 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati bl-iskop li jipprevjenu l-użu hażin tal-proċedimenti ta’ falliment b’tali mod li jċaħħdu lill-impjegati mid-drittijiet previsti f’din id-Direttiva.” |
Id-dritt Olandiż
9 |
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw, fid-dritt Olandiż, id-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment tal-impriżi huma l-Artikoli 7:662 sa 7:666 u l-Artikolu 7:670(8) tal-Burgerlijk Wetboek (kodiċi ċivili, iktar ’il quddiem il-“BW”). |
10 |
L-Artikolu 7:662(2)(a) tal-BW jipprevedi: “Għall-finijiet ta’applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
[…]” |
11 |
B’mod iktar partikolari, l-Artikolu 7:663 tal-BW jipprevedi: “It-trasferiment ta’ impriża tinkludi ex officio t-trasferiment, liċ-ċessjonarju, tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw f’dak il-mument, għall-persuna li timpjega f’din l-impriża, mill-kuntratt ta’ xogħol li hemm bejnu stess u ħaddiem attiv fi ħdan l-impriża. Madankollu, matul is-sena wara t-trasferiment, il-persuna li timpjega u ċ-ċessjonarju jibqgħu vinkolati in solidum għall-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol u maħluqa qabel dan il-mument.” |
12 |
L-Artikolu 7:666 tal-BW jipprevedi: “L-Artikoli 7:662 sa 7:665 u l-Artikolu 7:670(8) ma japplikawx għat-trasferiment ta’ impriża meta:
|
13 |
Skont l-Artikolu 7:670 tal-BW: […] 8. il-persuna li timpjega ma tistax tirrixxendi l-kuntratt ta’ xogħol mal-ħaddiem attiv fl-impriża tiegħu minħabba t-trasferiment ta’ din l-impiża kif imsemmi fl-Artikolu 7:662(2)(a); […]” |
14 |
Mill-2012 ’il hawn, diversi qrati Olandiżi rrikorrew għall-pre-pack. Din hija operazzjoni fuq l-attivi preparata qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment, bil-kunsens tal-kuratur mistenni maħtur minn qorti, u hija implementata minnu immedjatament wara li jiġi ddikjarat il-falliment. Fil-kuntest ta’ dan il-pre-pack, din il-qorti taħtar ukoll imħallef kummisarju mistenni. |
15 |
Sa din il-ġurnata, fil-Pajjiżi l-Baxxi, la l-fażi preparatorja u lanqas il-pre-pack bħala tali ma huma iskritti fil-liġi iżda huma r-riżultat tal-prattika. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
16 |
Sal-falliment tagħha, Estro Groep BV kienet l-ikbar kumpannija ta’ skejjel tat-tfal żgħar fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija kellha xi 380 stabbiliment fit-territorju kollu tal-Pajjiżi l-Baxxi kollha u kienet timpjega madwar 3600 ħaddiem. |
17 |
F’Novembru 2013 sar prevedibbli li, fin-nuqqas ta’ finanzjament ġdid, Estro Groep ma kinitx ser tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha sas-sajf tal-2014. |
18 |
Fit-tfittxija ta’ tali finanzjament, Estro Groep kienet, inizjalment, ikkoordinat mad-donaturi finanzjarji u l-azzjonisti prinċipali tagħha, kif ukoll ma’ donaturi finanzjarji oħra sabiex tikseb finanzjamenti ġodda. Madankollu, din il-konsultazzjoni, imsejħa l-“Pjan A” minn Estro Groep ma kinitx ta’ suċċess. |
19 |
Fl-istess żmien tan-negozjati fil-kuntest tal-Pjan A, Estro Groep fasslet pjan alternattiv, imsejjaħ “proġett Butterfly”. Dan il-pjan alternattiv kien jipprevedi l-bidu mill-ġdid ta’ parti importanti mill-impriża Estro Groep wara pre-pack. L-imsemmi bidu mill-ġdid kellu jseħħ abbażi ta’ bidu mill-ġdid ta’ 243 ċentru minn 380, fuq iż-żamma tal-impjieg għal kważi 2500 ħaddiem fuq total ta’ madwar 3600 u fuq il-kontinwità tas-servizz fl-istabbilimenti kollha fix-xahar ta’ Lulju 2014. |
20 |
Fl-implementazzjoni tal-proġett Butterfly, Estro Groep ikkuntattjat bħala xerrej potenzjali lill-kumpannija potenzjali H.I.G. Capital biss, kumpannija oħt tal-azzjonista prinċipali tagħha Bayside Capital. Ma ġiet eżaminata l-ebda possibbiltà oħra. |
21 |
Fil-5 ta’ Ġunju 2014, Estro Groep ressqet quddiem ir-Rechtbank Amsterdam (qorti ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) rikors għall-ħatra ta’ kuratur mistenni. Dan inħatar fl-10 ta’ Ġunju 2014. |
22 |
Fl-20 ta’ Ġunju 2014, Smallsteps ġiet ikkostitwita sabiex tieħu bħala impriża li ser tibda mill-ġdid, f’isem H.I.G. Capital, parti kbira mill-iskejjel ta’ tfal żgħar ta’ Estro Groep fil-kuntest tal-proġett Butterfly. |
23 |
Fit-3 ta’ Lulju 2014, il-persunal kollu ta’ Estro Groep irċieva posta elettronika li tindika li t-talba għad-dikjarazzjoni tal-falliment kienet se tkun imressqa fl-4 ta’ Lulju 2014 u li tispeċifika li l-persunal kien eventwalment imsejjaħ għal laqgħa qabel din it-talba. |
24 |
Fl-4 ta’ Lulju 2014, Estro Groep ressqet quddiem ir-Rechtbank Amsterdam (qorti ta’ Amsterdam), talba għas-sospensjoni ta’ pagament. Fil-5 ta’ Lulju 2014, din it-talba nbidlet f’talba għad-dikjarazzjoni tal-falliment li ġie ddikjarat fl-istess ġurnata. |
25 |
Fl-istess ġurnata, fil-5 ta’ Lulju 2014, ġie ffirmat pre-pack bejn il-kuratur u Smallsteps li abbażi tiegħu, din tal-aħħar xtrat l-impriża li fiha madwar 250 stabbiliment u ntrabtet sabiex toffri impjieg lil kważi 2600 ħaddiem ta’ Estro Groep fil-ġurnata tad-dikjarazzjoni tal-falliment. |
26 |
Fis-7 ta’ Lulju 2014, il-kuratur keċċa lill-ħaddiema kollha ta’ Estro Groep. Kważi 2600 ħaddiema li kienu preċedentement impjegati minn Estro Groep ġew offruti kuntratt ta’ xogħol ġdid mingħand Smallsteps u iktar minn elf finalment ġew imkeċċija. |
27 |
Il-FNV u l-erba’ rikorrenti oħra li kienu jaħdmu fiċ-ċentri meħuda minn Smallsteps, iżda li, wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ Estro Groep, ma ġewx offruti kuntratti ta’ xogħol ġodda, ippreżentaw rikors quddiem il-qorti tar-rinviju li permezz tiegħu talbu, prinċipalment, sabiex jiġi kkonstatat li d-Direttiva 2001/23 tapplika għall-pre-pack konkluż bejn Estro Groep u Smallsteps, u li, b’hekk, l-imsemmija erba’ rikorrenti kellhom jitqiesu bħala li issa jaħdmu ipso jure għal Smallsteps, billi jiġu ppreżervati l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom. Sussidjarjament, huma talbu li jiġi kkonstatat li l-Artikoli 7:662 et seq tal-BW japplikaw xorta, peress li t-trasferiment tal-impriża seħħ qabel il-ġurnata tad-dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ Estro Groep. Smallsteps ikkontestat it-talbiet tar-rikorrenti. |
28 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank Midden-Nederland (qorti ta’ Midden-Nederland) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali
29 |
Wara li ġew ippreżentati l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, Smallsteps, permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ April 2017, talab li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. Smallsteps sostniet, insostenn ta’ din it-talba, essenzjalment, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fihom malintiżi fir-rigward tal-proċedura tal-pre-pack. |
30 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà, għall-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dan l-Istatut, li jippreżentaw osservazzjonijiet b’risposta għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, Vnuk, C-162/13, EU:C:2014:2146, punt 30). |
31 |
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu d-dmir li pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa jipproponi konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma hija marbuta la mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u lanqas mill-motivazzjoni li abbażi tagħha huwa jasal għal dawn il-konklużjonijiet (sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2015, Banif Plus Bank, C-312/14, EU:C:2015:794, punt 33). |
32 |
Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ persuna kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ikunu liema jkunu l-mistoqsijiet li jkun qed jeżamina hawn, ma jistax fih innifsu jikkostitwixxi bażi li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C-33/14 P, EU:C:2015:609, punt 26). |
33 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fi kwalunkwe mument, wara li tisma’ lill-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jekk tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew li l-kawża għandha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-persuni kkonċernati (ara, is-sentenza tad- 9 ta’ Ġunju 2016, Pesce et, C‑78/16 u C‑79/16, EU:C:2016:428, punt 27). |
34 |
Madankollu, f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li għandha l-elementi neċessarji kollha sabiex tagħti deċiżjoni f’din il-kawża. |
35 |
Fid-dawl ta’ din il-kunsiderazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li tinfetaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel u t-tielet domandi
36 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-kompetenza ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. F’dan id-dawl, jekk ikun il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tal-1 ta’ Frar 2017, Município de Palmela, C-144/16, EU:C:2017:76, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
37 |
F’dan il-każ, hemm lok li l-ewwel sat-tielet domandi, li għandhom jiġu analizzati flimkien, għandhom jiġu interpretati li qed jistaqsu, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2001/23, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), għandux jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni lill-ħaddiema ggarantita mill-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżammx, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’ impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, imħejji preċedentement u implementat immedjatament wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment, huwa f’tali kuntest, li b’mod partikolari, “kuratur mistenni”, maħtur mill-qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment bil-għan li jitwettaq dan l-għan, u, barra minn hekk, jekk ikun rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit mill-operazzjoni pre-peck, jirrigwarda kemm il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża inkwistjoni kif ukoll il-massimazzjoni tal-prodott tat-trasferiment għall-kredituri kollha ta’ din l-impriża. |
38 |
Mill-bidu nett, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2001/23 hija intiża li tipproteġi, kif jirriżulta mill-premessa 3 tagħha, lill-ħaddiema, b’mod partikolari billi tiżgura ż-żamma tad-drittijiet tagħhom f’każ ta’ bidla tat-tmexxija tal-impriża. |
39 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ xogħol jew relazzjoni ta’ xogħol eżistenti fid-data ta’ trasferiment ta’ impriża għandhom, minħabba dan il-fatt, jiġu ttrasferiti liċ-ċessjonarju. F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, dan jipproteġi lill-ħaddiema mit-tkeċċija mwettqa miċ-ċedent jew miċ-ċessjonarju abbażi biss tat-trasferiment. |
40 |
Permezz ta’ deroga, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi li s-sistema ta’ protezzjoni, imsemmija f’dawn l-Artikoli 3 u 4, ma tapplikax għat-trasferiment ta’ impriżi mwettqa fil-kundizzjonijiet speċifikati minn din id-dispożizzjoni, sakemm l-Istati Membri ma jistabbilixxux mod ieħor. |
41 |
Madankollu, l-imsemmi Artikolu 5(1), sa fejn, bħala prinċipju, jagħmel inapplikabbli s-sistema ta’ protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ ċerti trasferimenti ta’ impriża u jiddevja b’hekk mill-għan prinċipali li huwa l-bażi tad-Direttiva 2001/23, għandu neċessarjament ikun suġġett għal interpretazzjoni stretta (ara, fir-rigward tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 77/187, kif emendata bid-Direttiva 98/50, is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2002, Beckmann, C-164/00, EU:C:2002:330, punt 29). |
42 |
Jekk jirriżulta mill-kliem stess tal-ewwel parti tas-sentenza tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 li l-Istati Membri għandhom il-fakultà, fiċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li jimplementaw is-sistema ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, stabbilita fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva, fil-kawża prinċipali, madankollu, l-Istat Membru inkwistjoni ma użax din il-fakultà, kif ikkonferma l-Gvern Olandiż, waqt is-seduta. |
43 |
Minn dan isegwi, li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, billi jippermetti deroga mis-sistema ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, huwa applikabbli għal kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-proċedura msemmija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. |
44 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, jispeċifika, b’mod kumulattiv, li ċ-ċedent għandu jkun suġġett għal proċedura ta’ falliment jew għal proċeduri ta’ insolvenza simili. Barra minn hekk, din il-proċedura għandha tinbeda għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-beni taċ-ċedent u tkun taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika kompetenti. |
45 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kundizzjoni skont liema ċ-ċedent għandu jkun suġġett għal proċedura ta’ falliment jew ta’ insolvenza simili, din ma tistax tiġi estiża, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ interpretazzjoni stretta, imfakkar fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, għal operazzjoni li tħejji l-falliment iżda li ma jwassalx għalih, kif imsemmi diġà mill-Avukat Ġenerali fil-punt 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet. |
46 |
Madankollu, f’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 14 ta’ din is-sentenza, l-operazzjoni pre-pack inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija, ċertament, ippreparata qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment iżda hija tiġi implementata wara. Peress li tali operazzjoni, timplika effettivament il-falliment, hija, għaldaqstant, tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “proċedura ta’ falliment” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23. |
47 |
Fit-tieni lok, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, jeżiġi li l-proċedura ta’ falliment jew ta’ stralċ simili jinbdew għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-beni taċ-ċedent. F’dan ir-rigward, huwa mifhum, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ma tissodisfax lil din il-kundizzjoni proċedura intiża għall-prosegwiment tal-attività tal-impriża kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-25 ta’ Lulju 1991, d’Urso et, C-362/89, EU:C:1991:326, punti 31 u 32, kif ukoll tas-7 ta’ Diċembru 1995, Spano et, C-472/93, EU:C:1995:421, punt 25). |
48 |
Fir-rigward tad-differenzi bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ proċedura, kif speċifika l-Avukat Ġenerali fil-punti 57 u 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, proċedura hija intiża għall-prosegwiment tal-attività li għandha l-għan li tiġi ssalvagwardjata n-natura operazzjonali tal-impriża jew tal-unitajiet vijabbli. Min-naħa l-oħra proċedura li twassal għal-likwidazzjoni tal-beni intiża li timmassimizza d-diżinteressament kollettiv tal-kredituri. Minkejja li ma huwiex eskluż li tista’ teżisti ċerta koinċidenza bejn dawn iż-żewġ għanijiet li jsegwu proċedura speċifika, l-għan prinċipali ta’ proċedura fir-rigward tal-prosegwiment ta’ attività tal-impriża jibqa’, fi kwalunkwe każ, is-salvagwardja tal-impriża kkonċernata. |
49 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li operazzjoni pre-pack, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija intiża sabiex tħejji ċ-ċessjoni tal-impriża fl-iċken dettalji sabiex tippermetti l-bidu mill-ġdid rapidu tal-unitajiet vijabbli tal-impriża wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment sabiex b’hekk tiġi evitata d-diżordni li tista’ tirriżulta miċ-ċessjoni brutali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża fid-data tad-dikjarazzjoni tal-falliment, b’mod li jiġi ppreżervat il-valur tal-imsemmija impriża u l-impjiegi. |
50 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, u suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkunsidrat li tali operazzjoni ma hijiex intiża, b’mod definittiv, għal-likwidazzjoni tal-impriża, l-għan ekonomiku u soċjali li hija ssegwi ma jistax jispjega u lanqas jiġġustifika li, meta l-impriża kkonċernata tkun suġġetta għal trasferiment totali jew parzjali, il-ħaddiema tagħha jiġu miċħuda d-drittijiet lilhom irrikonoxxuti fid-Direttiva 2001/23 (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-7 ta’ Diċembru 1995, Spano et, C-472/93, EU:C:1995:421, punti 28 kif ukoll 30). |
51 |
Fid-dawl tal-konstatazzjoni, imwettqa fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, is-sempliċi fatt li l-imsemmija operazzjoni pre-pack tista’ tirrigwarda wkoll kemm il-massimazzjoni tad-diżinteressament tal-kredituri ma tistax tittrasformaha fi proċedura miftuħa għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-beni taċ-ċedent, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23. |
52 |
Minn dan isegwi li tali operazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala li għandha bħala għan prinċipali s-salvagwardja tal-impriża falluta, anki jekk ma taqax taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 47 ta’ din is-sentenza. |
53 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kundizzjoni skont liema l-proċedura, imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23, għandha tkun taħt is-superviżjoni ta’ awtorità pubblika, għandu jiġi rrilevat li l-fażi tal-operazzjoni pre-pack, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippreċedi d-dikjarazzjoni ta’ falliment, ma għandha l-ebda bażi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni. |
54 |
F’dan ir-rigward, għaldaqstant, din l-operazzjoni ma hijiex ġestita taħt is-superviżjoni tal-qorti, iżda, jif jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, mill-amministrazzjoni tal-impriża li tmexxi n-negozjati u tadotta d-deċiżjonijiet bi preparazzjoni tal-bejgħ tal-impriża falluta. |
55 |
Fil-fatt, minkejja li huwa maħtur mill-qorti, fuq talba tal-impriża falluta, il-kuratur mistenni kif ukoll l-imħallef kummissarju mistenni formalment ma għandhom l-ebda setgħa. Għaldaqstant, ma huma superviżjonati minn ebda awtorità pubblika. |
56 |
Barra dan, sa fejn, rapidament wara l-bidu tal-falliment, il-kuratur jitlob u jirċievi l-awtorizzazzjoni tal-imħallef kummissarju għaċ-ċessjoni tal-impriża, dan tal-aħħar għandu jkun ġie infurmat u, essenzjalment, u ma jkun qajjem ebda oppożizzjoni għal din iċ-ċessjoni, qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment. |
57 |
Madankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-proċedura tista’ tinvalida kompletament il-kontenut tas-superviżjoni eventwali minn awtorità pubblika kompetenti fuq il-proċedura ta’ falliment u, għaldaqstant, ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ superviżjoni minn awtorità msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23. |
58 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li operazzjoni ta’ pre-pack bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha previsti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23 u li, konsegwentement, ma tidderogax mis-sistema ta’ protezzjoni prevista fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva. |
59 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u t-tielet domandi magħmula hija li d-Direttiva 2001/23, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li l-protezzjoni tal-ħaddiema ggarantita permezz tal-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżamm fis-sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’ impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, ippreparata preċedentement u implementata immedjatament wara d-dikjarazjzoni ta’ falliment, fil-kuntest ta’ liema, b’mod partikolari, “kuratur mistenni”, maħtur minn qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-prosegwiment, u, barra minn hekk, ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit minn din l-operazzjoni ta’ pre-pack tirrigwarda wkoll il-massimazzjoni tal-prodott taċ-ċessjoni għall-kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni. |
Fuq ir-raba’ domanda
60 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel sat-tielet domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda. |
Fuq l-ispejjeż
61 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tal-ħaddiema ggarantita permezz tal-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżamm fis-sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’ impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, ippreparata preċedentement u implementata immedjatament wara d-dikjarazjzoni ta’ falliment, fil-kuntest ta’ liema, b’mod partikolari, “kuratur mistenni”, maħtur minn qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-prosegwiment, u, barra minn hekk, ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit minn din l-operazzjoni ta’ pre-pack tirrigwarda wkoll il-massimazzjoni tal-prodott taċ-ċessjoni għall-kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż