Kawża C-13/16

Valsts policijas Rīgas reģiona pārvaldes Kārtības policijas pārvalde

vs

Rīgas pašvaldības SIA “Rīgas satiksme”

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Augstākās tiesas Administratīvo lietu departaments)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 95/46/KE – Artikolu 7(f) – Data personali – Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali – kunċett ta’ ‘ħtieġa għall-finijiet tal-interessi leġittimi li jkollu terz’ – Talba għall-komunikazzjoni ta’ data personali ta’ persuna responsabbli għal inċident tat-traffiku sabiex tiġi eżerċitata azzjoni ġudizzjarja – Obbligu tal-kontrollur tad-data li jilqa’ tali talba – Assenza”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali-Direttiva 95/46-Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali-Realizzazzjoni tal-interess leġittimu mfittex mill-kontrollur tad-data jew mid-destinatarju tad-data-Kunċett ta’ interess leġittimu-Interess ta’ terz sabiex jikseb informazzjoni ta’ natura personali dwar persuna li kkawżat dannu għall-proprjetà tiegħu sabiex jaġixxi ġudizzjarjament kontra tagħha-Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 7(f))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali-Direttiva 95/46-Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali-Realizzazzjoni tal-interess leġittimu mfittex mill-kontrollur tad-data jew mid-destinatarju tad-data-Obbligu tal-kontrollur tad-data sabiex jikkomunika lil terz, wara t-talba tiegħu, data personali sabiex ikun jista’ jressaq azzjoni ġudizzjarja-Assenza-Komunikazzjoni ta’ din id-data fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali-Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 7(f))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 29)

  2.  L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix obbligu ta’ komunikazzjoni tad-data personali lil terz sabiex dan ikun jista’ jressaq azzjoni għall-kumpens quddiem qorti ċivili minħabba dannu kkawżat mill-persuna kkonċernata mill-protezzjoni ta’ din id-data. Madankollu, l-Artikolu 7(f) ta’ din id-direttiva ma jipprekludix tali komunikazzjoni fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali.

    Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 82 sa 84 tal-konklużjonijiet tiegħu u taħt riżerva li jsiru verifiki f’dan ir-rigward mill-qorti nazzjonali, ma jidhirx li huwa ġġustifikat, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li parti leża tiġi rrifjutata l-komunikazzjoni ta’ data personali meħtieġa sabiex titressaq azzjoni għall-kumpens kontra l-awtur tad-dannu, jew, jekk ikun il-każ, il-persuni li jeżerċitaw l-awtorità parentali, minħabba li dan l-awtur ikun minorenni.

    (ara l-punti 33, 34 u d-dispożittiv)