16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-336/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) - Artikolu 22(3) - Anness XI - Konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 fl-arja ċirkostanti - Qbiż ta’ valuri limitu f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet - Artikolu 23(1) - Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja - Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” - Nuqqas ta’ azzjonijiet xierqa fil-programmi ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-arja ċirkostanti - Traspożizzjoni mhux korretta))
(2018/C 134/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, K. Petersen u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, D. Krawczyk u K. Majcher, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Ir-Repubblika tal-Polonja:
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha stabbiliti, rispettivament, taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tal-imsemmija direttiva kif ukoll id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 22(3) u l-Anness XI ta’ din id-direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |